Skip to main content

Formoli ta’ dokumenti ta’ notifika (riformulazzjoni)

Formoli online li jikkonċernaw ir-Regolament Nru 2020/1784

Ir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni) ifittex li jtejjeb u jħaffef it-trażmissjoni tad-dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali għan-notifika bejn l-Istati Membri. Ir-Regolament issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 mill-1 ta’ Lulju 2022.

Is-sistema tal-IT deċentralizzata bħala mezz obbligatorju ta’ komunikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni u l-wasla ta’ talbiet, formoli u komunikazzjoni oħra bdiet tapplika mill-1 ta’ Mejju 2025 (l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25 (għal aktar dettalji ara l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2020/1784)). 

Għal aktar informazzjoni ara:

  • l-istatus tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tas-sistema tal-IT deċentralizzata tista’ tarah hawnhekk:
     

    ms golive status.xlsx
    English
    (582.56 KB - XLSX)
    Download
  • il-Manwali tal-Utenti tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea jinsabu hawnhekk:
     

    User_manual for SoD ToE v. 2.2.pdf
    English
    (29.09 MB - PDF)
    Download

Meta l-komunikazzjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma tkunx possibbli minħabba interruzzjoni f’dik is-sistema tal-IT jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, it-trażmissjoni għandha ssir bl-aktar mezz alternattiv xieraq u rapidu, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-affidabbiltà u s-sigurtà. Fejn ikun hemm tfixkil fis-sistema tal-IT deċentralizzata, għandhom jintużaw il-formoli ta’ hawn taħt fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea inkluża d-Danimarka, li kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament permezz ta’ dikjarazzjoni abbażi ta’ ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.

Ir-Regolament jipprevedi modi differenti ta’ trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti: trażmissjoni permezz ta’ aġenziji mittenti u riċeventi, trażmissjoni b’mezzi konsulari jew diplomatiċi, notifika bis-servizzi postali, notifika elettronika u notifika diretta.

Ir-Regolament jipprevedi 12-il formola.

Għal aktar informazzjoni, ara: 

OSZAR »